Radju Malta - Diċembru 2010/Jannar/Marzu 2011




L-Awtorità kellha quddiemha żewġ akkużi fil-konfront ta’ Radju Malta dwar trasmissjonijiet tat-23 ta’ Diċembru u l-5 ta’ Jannar, 2011 u l-14 ta’ Marzu, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Rekalmar dwar logħob tal-Azzard fuq is-Servizzi tax-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Ray Libreri li deher f’isem l-istazzjon u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet  inkluż tal-fatt illi l-Public Broadcasting Services Limited ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha, iddeċidiet li l-akkużi kienu ġew ippruvati u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, imponiet l-penali relattiva ta’ €1,160, li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.