Radju Malta - Familja Waħda - 10, 17 u 18 ta' Marza 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Radju Malta dwar il-programmi Familja Waħda tal-10, 17 u 18 ta’ Marzu, 2009 u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttriċi fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009, u semgħet it-trażmissjoni relattiva, iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress illi din kienet l-ewwel okkazzjoni li dan il-programm kien instab ħati ta’ vjolazzjoni tal-liġi partikolarment il-provvedimenti dwar reklamar b’ingann, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon. 

Apparti dan iżda, l-Awtorità ħasset li kellha tikkummenta dwar kumment tal-monitor li kien jirreferi għal nuqqas ta’ sensittività minn naħa tal-preżentatriċi meta din ikkummentat b’mod pjuttost dispreġġjattiv dwar iċ-ċirkostanzi ta’ single mothers.  L-Awtorità iddeplorat dan l-aġir u saħħqet li preżentaturi għandhom responsabbiltà partikolari lejn is-semmiegħa u għandhom ikunu kawti fil-kummenti tagħhom.