Smash TV - Mill-Ġurnali - 6, 20, 25, 27 ta’ Frar u tal-5 ta’ Marzu, 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Smash TV tal-programmi Mill-Ġurnali tas-6, 20, 25, 27 ta’ Frar u tal-5 ta’ Marzu, 2009 u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttur fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009, rat li ma kellhix bażi legali sabiex tipproċedi kontra l-istazzjon minħabba difett fl-akkuża, madanakollu iddikkjarat illi ma kienitx taqbel mal-interpretazzjoni tal-istazzjon dwar kif tinżamm l-imparzjalità fi programmi fejn issir analiżi tal-ġurnali. 

L-Awtorità tenniet illi l-argument tal-istazzjon illi l-imparzjalità tinħoloq fuq sensiela ta’ programmi ma kienx ireġi u fid-dawl tal-provvedimenti tal-Att dwar ix-Xandir insistiet mal-istazzjon li l-imparzjalità kellha tiġi rispettata f’kull programm.