Smash TV - Kliem u Fatti - 10 u 17 ta' Diċembru 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Smash TV tal-programmi Kliem u Fatti tal-10 u s-17 ta’ Diċembru, 2008 u tas-7, 14, 21 u 28 ta’ Jannar, 2009 u wara li kienet diġa semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttur fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009 iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress illi l-istazzjon immedjatament kien addotta miżuri korrettivi, rat illi fiċ-ċirkostanzi kellha twiddeb lill-istazzjon.

Fl-istess waqt l-Awtorità irrimarkat u ddiriġiet lill-istazzjon li meta fi programmi jiġu trattati temi delikati bħall-vulnerabbiltà l-istazzjon kellu jkun ħafna aktar kawt fl-għażla tal-preżentaturi li kellhom ikunu persuni kompetenti u b’sensittività partikolari.