Smash TV - L-Ekonomija u Int - Id-Drittijiet Tagħna fl-Ewropa - 4 u 6 ta' Mejju 2009




L-Awtorità kellha quddiema akkuża li fil-programmi L-Ekonomija u Int u d-Drittijiet Tagħna fl-Ewropa ta’ nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Mejju, 2009 kien hemm ksur tad-Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar Programmi u Reklami Mxandra matul il-perjodu 4 ta’ Mejju sas-6 ta’ Ġunju, 2009 u tal-Artikolu 13(2)(f) tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll is-Sur Joe Baldacchino, Chairman ta’ Smash Communications Ltd. 

L-Awtorità qablet illi peress li dwar il-programmi msemmija l-istazzjon ma kienx ikkomunika l-intenzjonijiet tiegħu kif mitlub mid-direttiva u peress li f’dawn iż-żewġ programmi ma nżammx il-bilanċ rikjest mill-liġi meta dehru kandidati li trattaw temi ta’ kontroversja politika, hija sabet l-istazzjon ħati u mponiet penali amministrattiv fl-ammont ta’ €931 li għandha titħallas żmien xahar mid-data ta’ din l-ittra.