Smash TV - Two Hands - 12 ta' Ottubru 2009




L-Awtorità kellha quddiema akkuża li fil-programm Two Hands tat-12 t’Ottubru, 2009 kien hemm ksur ta’ paragrafu 3.1 (viii) tal-Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar Wiri u Smigħ tal-Programmi għall-Familja.

L-Awtorità, wara li semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll is-Sur Joe Baldacchino, Chairman ta’ Smash Communications Ltd., qablet li ċ-ċertifikazzjoni abbinata ma’ dan il-film kienet inadegwata u għalhekk l-akkuża ġiet ippruvata, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur, u peress li l-istazzjon ħa miżuri immedjati sabiex jirretifika dan in-nuqqas, iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.