ONE Radio - Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard- 19 ta' Diċembru 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tad-19 ta’ Diċembru, 2009 fejn Super One Radio kiser il-paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir.

Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv fl-assenza ta’ rappreżentant tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li avverra ruħu dan il-ksur iddeċidiet li twiddeb l-istazzjon.