L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm 12:05 tat-23 ta’ Marzu, 2009, u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-membri tat-tim tal-produzzjoni fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009, hija sabet lill-istazzjon ħati ta’ l-akkuża miġjuba kontrih madanakollu iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon, peress illi normalment il-preżentatur huwa kawt ħafna meta ippreżentat b’temi delikati bħal ma’ huma r-razziżmu u l-immigrazzjoni irregolari. L-Awtorità irrimarkat illi fil-każ in kwistjoni l-preżentatur kellu l-obbligu li jikkummenta dwar l-intervent telefoniku u dan bil-għan li jimmitiga l-effetti tiegħu fuq it-telespettaturi.