TVM - 12:05 - 30 ta' Marzu 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm 12:05 li xxandar fit-30 ta’ Marzu, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt rokna tat-tisjir bil-parteċipazzjoni ta’ Carmen Tedesco ma kienx hemm distinzjoni ċara bejn l-element informattiv u dak reklamatorju peress li ntweriet pop up li kienet tirreferi għal tadam tad-ditta Vera fl-istess waqt li l-mistiedna kienet qiegħda tirreferi għat-tadam.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sinjuri Ray Libreri u Sandro Kitcher f’isem l-istazzjon u l-produzzjoni rispettivament u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-akkuża ġiet ippruvata u ddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum.