TVM - Ħadd Għalik - 1, 8, 5, 22, u 29 ta' Novembru 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Ħadd Għalik li xxandar fl-1, 8, 5, 22 u 29 ta’ Novembru, 2009 kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat   relattiv, dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini  tal-imsemmija provedimenti ma ġiex rispettat u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet li timponi penali fl-ammont ta’ elf mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.