TVM - Ħadd Għalik - 20 ta' Novembru 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Ħadd Għalik tal-20 ta’ Novembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lis-Sur Ray Libreri f’isem l-istazzjon. Is-Sur P.J Vassallo f’isem il-produtturi ġie msejjaħ bħala xhud tal-istazzjon waqt is-smigħ.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li kellu jsir eżerċizzju sabiex tkun verifikata l-verżjoni li fil-fatt ma kienx sar reklamar fl-ewwel siegħa kif issottometta l-istazzjon u għaldaqstant f’dan l-istadju ma kienitx ser tiddeċiedi dwar il-każ.

3 ta' Frar 2012