TVM - Ħadd Għalik - 7 ta’ Diċembru, 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Ħadd Għalik tas-7 ta’ Dicembru, 2008  kien kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li parti mir-reklam ta’ stabbiliment tal-għamara  kien ukoll parti mis-set tal-programm.

Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, hija sabet li kien hemm ksur tal-liġi u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ ksur tal-liġi.

Għalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni.