TVM - Aħbarijiet - 22 ta' Gunju 2023




Deċiżjoni dwar ilment tal-Partit Nazzjonalista kontra PBS Ltd rigward in-nuqqas ta' rappurtaġġ ta’ stqarrija tal-Partit Nazzjonalista f’għeluq il-mitejn jum mill- mewta traġika ta' Jean Paul Sofia flaħbarijiet ta’ TVM tat-22 ta' Ġunju 2023


L-Awtorità kellha quddiemha lment imressaq mill-Partit Nazzjonalista datat 26 ta’ Ġunju 2023 rigward in-nuqqas ta' rappurtaġġ tal-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar il-200 jum mill mewta traġika taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.


F’seduta li nżammet fis-17 ta’ Lulju 2023, għall-Partit Nazzjonalista deher is-Segretarju Ġenerali Dr. Michael Piccinino li qal li lmenta li l-PBS qed joħloq ċensura meta jirrifjuta li jxandar stqarrija li titratta għajta ta' inkjesta pubblika li sabet l-appoġġ ta' numru ta' NGOs u li skont hu għandha valur t'aħbar.


Għal PBS Ltd dehru Dr. Mark Vassallo, Dr. Edward Gatt u l-Inġ. Charles Dalli, l-Editor-in-Chief talistazzjon. Dr. Mark Vassallo qal li hija ħasra li din it-traġedja tiġi politiċizzata l-għaliex fl aħħar millaħħar hemm familja li hija mweġġà. Hu esebixxa kopji ta' uħud mill-bulettini tal-aħbarijiet imxandara bejn it-2 u s-16 ta' Lulju 2023 u qal li dawn jikkonfermaw li l-PBS kien qiegħed jirrapporta t-tema.


Dr. Michael Piccinino ma qabilx mal-opinjoni tal-PBS u spjega li l-fatt li jgħaddi ż-żmien u l-Prim Ministru Robert Abela jkompli jirrifjuta li jagħmel inkjesta pubblika, hija aħbar minnha nnifisha. Hu ġab eżempju bil-każ Vitals u spjega li jekk sitt xhur wara il-Partit Nazzjonalista, jgħid li l-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma nvestigax il-Vitals, il-fatt li għadda perjodu ta' żmien u linvestigazzjoni tkun baqgħet ma saritx, joħloq valur t'aħbar. Dr. Mark Vassallo wieġeb li skont dan ir-raġunament kull ġurnata toħloq valur t'aħbar.


L-Awtorità wieżnet l-argumenti mressqa, kkunsidrat il-fatti preżentati u ddiskutiet l-ilment fl-intier tiegħu. Madankollu l-Awtorità ma sabitx raġuni l-għaliex għandha tilqa' lment ta' nuqqas ta' rappurtaġġ ta' stqarrija maħruġa minn partit politiku f'għeluq il-mitejn jum mit-traġedja, stante li listazzjon kien diġà tratta din it-tema fir-rappurtaġġ tiegħu.


26 ta’ Lulju 2023