L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Bondi+ tal-1 u tat-8 ta’ Diċembru, 2008, kien kiser il-paragrafu 25 tat-Tielet Skeda dwar ix-Xandir peress li kien xandar 13.30 u 15.30 ta’ minuti ta’ reklamar bejn 21.00 u 22.00.
Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u wara li vverifikat il-ħin totali ta’ promozzjoni li kellu jitqies bħala reklamar għal skopijiet tal-Ligi tax-Xandir, hija sabet li parti mir-reklamar imxandar f’dan il-programm kien dovut bħala Public Service Announcements u għalhekk iddecidiet li l-proċediment kien eżawrit.