TVM - Bonġu - 10, 17, 24 ta' Frar 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Bonġu li xxandar fl-10, 17 u l-24 ta’ Frar 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Ray Libreri li deher f’isem l-istazzjon, u kif wkoll lis-Sur Sandro Kitcher li deher għall-produzzjoni u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet, l-Awtorita qablet li l-akkuza kienet ġiet ippruvata izda peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.