L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Crosscraft tat-3 ta’ Dicembru, 2008, kiser il-paragrafi 31, 34 u 43 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, peress li l-programm naqas li jagħti deskrizzjoni tal-prodotti u l-prezzijiet taghhom u tal-sms’s, u peress li deher ukoll reklam tal-Crosscraft bħala parti mit-telebejgħ.
Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat video tal-programm, hija sabet li l-akkużi ġew ippruvati, iżda rriżulta li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ dan il-ksur.
Għalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.
L-Awtorità ħadet nota tal-istqarrija li saret mir-rappreżentant tal-istazzjon rigward rati ta’ smss’ u rati premium u ddeċidiet li tinforma lill-istazzjon li hu fl-interess tiegħu u tal-konsumatur li jingħad li r-rati applikabbli huma dawk normali.