TVM - Deċeduti - 10 u 17 ta' Marzu 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Deċeduti li xxandar fl-10 u fis-17 ta’ Marzu, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir fil-programm tal-10 ta’ Marzu u ksur ta’ Artiklu 16 M (3)(c) fil-programm tas-17 ta’ Marzu, 2011 meta fl-ewwel istanza saru kummenti meqjusin promozzjonali għal Grand Premier Event u għalhekk ma kienx hemm distinzoni bejn il-kontenut u l-element promozzjonali fi programm speċjali, filwaqt li fit-tieni istanza, ingħatat informazzjoni eċċessiva waqt tqegħid ta’ prodott konċernanti il-websajt maltabride.com.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Ray Libreri f’isem l-istazzjon, u lis-Sinjuri Carlos Debattista u Abigail Mallia għall-produzzjoni u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-ewwel akkuża ma irriżultatx u ma ġietx ippruvata, filwaqt li dwar it-tieni akkuża din sabet l-istazzjon ħati peress li rriteniet li saret promozzjoni eċċessiva fil-każ tat-tqegħid tal-prodott, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix dan il-ksur tal-liġi.