TVM - Gadgets - 7 ta' Ġunju 2014




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar il-programm Gadgets tas-7 ta’ Ġunju fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet is-sottomissjonijiet lal-Kap Eżekuttiv u tas-Sur Reuben Zammit, Kap tal-Programmi ta’ PBS, f’seduta li nżammet fit-2 ta’ Settembru, 2014.

Is-Sur Zammit sostna li, kuntrarjament għal dak li kienet qed tgħid l-akkuza, il-clip mir-reklam tal-prodott in kwistjoni kien separat mill-parti informattiva u għalhekk ma jistax jingħad li kien hemm reklamar b’ħabi dwar il-prodott Braun Cool Tech Electric Shaver.

L-Awtorità, wara li semgħet is-sottomissjonijiet, reġgħet rat recording tal-parti tal-programm Gadgets in kwistjoni.  Hija kienet unanimament tal-fehma li l-akkuża ġiet ippruvata u d-difiża li ġab l-istazzjon ma kienitx tissussisti u peress li l-istazzjon kien ġà ġie mwiddeb dwar ksur tal-liġi dwar ix-xandir fuq dan il-programm, iddeċidiet li kellha tiġi imposta l-penali ta’ €1,160 li l-istazzjon kellu jħallas  fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

Illum 11 ta’ Settembru, 2014