L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programmi Għal Kulħadd tat-8 u l-15 ta’ Marzu, 2009 u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttriċi fis-seduta tal-21 ta’ April 2009, u kif ukoll rat il-filmat relattiv iddeċidiet li fiċ-ċirkostanzi twiddeb lill-istazzjon peress li l-ksur ma kienx sostanzjali u l-istazzjon kien ikkontenda li l-credits għall-isponsors kienu fil-fatt qed jiġu meqjusa bħala reklami.
Madanakollu, l-Awtorità esprimiet id-diżapprovazzjoni għal mod kif kienu ġew ippreżentati dawk li l-istazzjon kien qed isejjaħ reklami u ċioe f’forma ta’ sponsorship/credit estensiva u saħqet li din il-prassi ma kellhiex tiġi perpetwata u ma kellux isir taħlit bejn reklamar u sponsorship/credit għall-konvenjenza tal-produtturi.