TVM - Lux Design – 19 ta’ Diċembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Lux Design li xxandar fid-19 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Mario Micallef f’isem l-istazzjon u s-Sur Mark Barbara għall-produtturi.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv iddeċidiet illi l-assoċjazzjoni bejn il-prodott fil-parti informattiva u r-reklam kienet evidenti u għalhekk l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu stante li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.