L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Lux Design li xxandar fis-6 ta’ Marzu, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16M (1) tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Mario Micallef f’isem l-istazzjon u lis-Sur Mark Barbara li deher għall-produzzjoni.
L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati iddeċidiet li timponi l-penali amministrattiva ta’ Elfejn tlett mija u tletin Ewro (€2,330) li għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.