TVM - Madagascar - 10 ta’ Frar, 2018




Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward il-programm Madagascar li xxandar fl-10 ta’ Frar, 2018

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar l-edizzjoni tal-programm Madagascar li xxandar fl-10 ta’ Frar, 2018 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta f’dan il-programm ixxandret rokna informattiva li fiha Matthew Wismayer ta informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-annimali. Matul l-istess intervista deher ukoll pop-up advert tad-ditta Prince, b’mod speċifiku n-New Ultra Premium dry Food bags Taste of Nature. Minħabba f’hekk, inħolqot assoċjazzjoni evidenti bejn l-element informattiv u d-ditta Prince.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li dehret f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, li kien akkumpanjat mis-Sur Kevin Micallef għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fit-2 ta’ Mejju, 2018.

Minn naħa tiegħu is-Sur Micallef għall-istazzjon informa lill-Bord li l-istazzjon kien qiegħed jammetti l-akkuża kontrih.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u ddeċidiet li timponi l-penali ridotta ta’ €1750 liema penali kellha titħallas fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika u fin-nuqqas ta’ dan l-Awtorità kienet ser ser tipproċedi legalment kontra l-istazzjon mingħajr avviż ieħor.

Illum id-9 ta’ Mejju, 2018