TVM - Modern Lifestyles - 2 u 9 t'Ottubru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Modern Lifestyles li xxandar fit-2 u fid-9 t’Ottubru, 2010 meta kien allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafi 4 u 8 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir fiż-żewġ programmi u Paragrafi 3(c), (d), u (h) tal-Kodiċi Dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir fl-edizzjoni tad-9 t’Ottubru, 2010 meta kien allegat li ma kienx hemm separazzjon adegwata bejn il-kontenut informattiv u dak kummerċjali u użu ħażin tal-lingwa Maltija.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Ray Libreri li deher għall-istazzjon u lis-Chris Chetcuti in rappreżentanza tal-produtturi.

L-Awtorità wara li rat il-filmat relattiv u iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet illi kellha tieħu deċiżjoni dwar dan il-każ f’seduta suċċessiva u dan sabiex ikollha żmien biżżejjed titratta n-natura partikolari tal-programm in kwistjoni.