TVM - News - 19 ta' Settembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront tal-aħbarijiet tat-8.00p.m. ta’ TVM tad-19 ta’ Settembru, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt servizz dwar għawma mad-dniefel mill-ġurnalista Maria Muscat fil-park marittimu f’Baħar iċ-Ċagħaq saru kummenti u ingħatat informazzjoni meqjusa kummerċjali.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lil Dr Natalino Fenech, Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u lil Ms Maria Muscat ġurnalista mal-istazzjon.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-Monitoring u tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża ma ġiex ippruvata, madanakollu, iddiriġiet li kellha tiġi ppubblikata u ċirkolata interpretazzjoni dwar x’kien jikkostitwixxi reklamar b’ingann f’rapporti ta’ dan it-tip.