TVM – News – Diċembru 2011




Lment mis-Sur Frans Said

L-Awtorità semgħet l-ilment magħmul mis-Sur Frans Said fil-11 ta’ Jannar, 2011 dwar aħbar imxandra mill-Public Broadcasting Services Limited b’konnessjoni mal-oriġini tal-programm l-Istrina, fejn ġie allegat li l-istorja kif preżentata mill-istazzjon ma kienitx tirrispekkja l-verità tal-fatti u fl-ebda mument ma kienet tirrikonoxxi l-involviment tas-Sur Said f’kampanji ta’ ġbir ta’ fondi fil-passat.

L-Awtorità semgħet lil Dr Natalino Fenech u lil Therese Comodini Cachia li dehru għall-istazzjon u lis-Sur Frans Said li ppreżenta l-verżjoni tiegħu tal-ilment.

Is-Sur Said esprima d-diżappunt tiegħu għall-aġir tal-Public Broadcasting Services Limited u talab l-intervent tal-Awtorità sabiex fi programmi suċċessivi l-istazzjon jirrimedja u ma jsirux żbalji simili.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet u filwaqt li irrijaffermat il-prinċipju li x-xandar għandu l-obbligu li jirriċerka u jippreżenta l-fatti kollha lit-telepettaturi, iddeċidiet li l-każ in eżami, ma kienx wieħed li fuqu setgħet tipproċedi skont il-provvedimenti tal-Liġi tax-Xandir u għalhekk iddeċidiet li ma tipproċedix kontra l-istazzjon.