TVM - PaqPaq - 28 ta' Settembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Paqpaq li xxandar fit-28 ta’ Settembru, 2010 meta kien allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir, meta waqt l-imsemmi programm ixxandru intervisti meqjusin reklamatorji.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Ray Libreri li deher għall-istazzjon u lis-Sur Tonio Darmanin  il-produttur tal-programm u wara li rat il-filmat relattiv u iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li f’dawn l-aħħar sentejn l-istazzjon ma nstabx ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon.