L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Puss in Boots tat-8 t’April, 2009 u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produtturi fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009 u rat il-filmat relattiv, iddeċidiet illi l-akkuża ma ġietx ippruvata peress li l-konnessjoni bejn il-ħwejjeġ li tlibbes il-kelb u l-istabbiliment kummerċjali Pet Love ma kienitx daqstant evidenti li tmur kontra l-provvedimenti tal-liġi.