L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM u Radju Malta dwar reklam tal-Quaterno li xxandar fit-22 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 5.1 u 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Azzard fuq is-Servizzi tax-Xandir meta l-istazzjon xandar reklam għal-logħba tal-Quaterno f’ħin ipprojbit.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fit-12 ta’ Novembru, 2013, li minn naħa tiegħu filwaqat li ammetta l-akkuża saħaq li dan kien każ ġenwin fejn l-operatur ma kienx konxju li r-reklam skedat kien jittratta l-imsemmija logħba. Żied li dan il-każ kien juri li minkejja l-miżuri preventivi li kien qed jieħu l-istazzjoni xorta kien hemm il-ħtieġa ta’ aktar skrutinju mill-uffiċċjali responsabbli.
L-Awtorità ddiskutiet dan il-każ u ħadet nota tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u għalhekk imponiet il-penali ta’ €930 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.
18 ta’ Novembru, 2013