TVM - Reklam ‘Have a Look’ - 1 ta' Frar 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam Have a Look li xxandar fl-1 ta’ Frar, 2009 u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttur fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009, sabet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata madanakollu fiċ-ċirkostanzi tal-każ u ċjoe peress li l-produttur ammetta l-akkuża u li din kienet l-ewwel darba li f’karriera estensiva ta’ xandir il-produttur kien ivvjola l-liġi tax-xandir, iddeċidiet illi kellha twiddeb lill-istazzjon.