TVM - Sibtek - 30 ta' Novembru 2013




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Sibtek li xxandar fit-30 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm bejn is-14:00 u t-15:00 ixxandar total ta’ 15-il-minuta u 43 sekonda f’reklamar.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Mario Micallef għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fit-8 t’April, 2014, li minn naħa tiegħu ikkontenda li wara nofsinhar kien hemm ħsara teknika u qtugħ fit-trażmissjoni li dak il-ħin kienet live billi tefgħet ir-running order tal-programm lura bl-istess ammont ta’ ħin.  Żied li dan finalment irriżulta fl-eċċess ta’ reklamar fis-siegħa bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m.

Is-Sur Micallef ikkonferma li wara l-qtugħ fit-trasmissjoni l-kontenut intilef imma r-reklami ħarġu malli tkompliet it-trasmissjoni.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li dan il-ksur tal-liġi kien avverra ruħhu minħabba ċirkostanzi partikolari iddeċidiet li l-akkuża ma kienitx tissussisti madanakollu l-Awtorità ddiriġiet li l-istazzjon kellu jkun infurmat li dan kellu l-obbligu li jirrapportalha tali ċirkostanzi hekk kif dawn iseħħu. 

Illum 22 t’April, 2014