Deċiżjoni dwar Akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward il-programm
Sibtek li xxandar fl-4 ta’ Jannar 2020
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward il-programm Sibtek dwar allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta fil-programm tal-4 ta’ Jannar 2020 bejn is-13:00 u s-14:00 ixxandar total ta’ 14-il minuta u 25 sekonda ta’ reklamar.
L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv Dr Joanna Spiteri u lil Dr Mark Vassallo li deher f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fis-17 ta’ Ġunju 2020. F’din is-seduta dehru wkoll Charles Dalli, l-Kap Eżekuttiv tal-PBS u Reno Buġeja, l-editur tal-istazzjon. Min-naħa tal-istazzjon ammetta l-akkuża iżda spjegaw li dawn in-nuqqasijiet kienu jirriżultaw minħabba ċaqliq fil-batches tar-reklami bil-konsegwenza li f’dik is-siegħa orarja nqabżu t-tnax-il minuta.
L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni min-naħa tal-istazzjon u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata. F’dan il-każ qablet li in vista ta’ dan in-nuqqas qablet li timponi l-penali ta’ elf mija u sittin Euro (€1160) fuq l-istazzjon liema penali kellha titħallas ukoll fi żmien 60 ġurnata mid-data tan-notifika.
Illum 9 ta’ Lulju 2020