L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Sibtek tal-5 ta’ Novembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lis-Sur Ray Libreri f’isem l-istazzjon. Is-Sur Ryan Borg Vassallo issejjaħ bħala xhud waqt is-smigħ f’isem il-produtturi.
L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-argumenti tal-istazzjon li dan il-ksur tal-liġi kien riżultat ta’ problema teknika fis-server aċċettat il-verżjoni tal-fatti kif sottomessa u widdbet lill-istazzjon sabiex jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tali nuqqasijiet ma jkunux ripetuti.
3 ta’ Frar, 2012