TVM - Ubet - 18 ta’ Gunju, 2018




Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ PBS Ltd. rigward
reklam tal-Ubet li xxandar fit-18 ta’ Ġunju, 2018


L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ PBS Ltd. rigward ir-reklam UBET li xxandar fit-18 ta’ Ġunju, 2018 fis-13:26, fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 5.1 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.25 Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir, meta dan l-istazzjon kien qed jirreklama servizz ta’ logħob tal-azzard - il-Ubet f’ħin ipprojbit.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u s-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon li minn naħa tiegħu ammetta l-akkuża, f’seduta li nżammet fit-8 t’Awwissu, 2018.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali relattiva ridotta fl-ammont ta’ €930 liema penali kellha titħallas fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika. L-Awtorità ħasset li kellha tiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ responsabbiltà li wera l-istazzjon meta xandar ir-reklami in kwistjoni, aktar u aktar meta kienet saret konsultazzjoni qabel mal-istess Awtorità. Żiedet li l-provvedimenti u r-restrizzjonijiet tal-Liġi kienu intenzjonati sabiex din il-problema soċjali ma tibqax tikber u għalhekk l-obbligu tal-osservanza tal-istess fuq l-istazzjonijiet partikolarment fuq l-istazzjon nazzjonali kien aktar oneruż.


Illum 3 ta’ Settembru, 2018