L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-programm Xarabank tat-12 ta’ Ġunju u ripetizzjoni tal-istess programm fl-14 ta’ Ġunju, 2009 li kien kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u paragrafu 2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorsħip u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku.
L-istazzjon naqas li jidher għal din is-seduta mingħajr ebda ġustifikazzjoni. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u rat il-filmat relattiv u din sabet li kien hemm ksur tal-liġi u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ ksur tal-liġi.
Għalhekk l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164) liema penali amministrattiva għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.