TVM – Xarabank – 24 ta’ Diċembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Xarabank li xxandar fl-24 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Ray Libreri f’isem l-istazzjon u s-Sur Peppi Azzopardi li kien akkumpanjat mis-Sinjuri Norman Vella u PJ Vassallo għall-produtturi u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet rat il-filmat relattiv, iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, l-Awtorità imponiet il-penali relattiva ta’ €2,330 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.