TVM - Xarabank - 29 ta' Diċembru 2009




Ilment mill-FKNK fil-Konfront ta’ TVM

L-Awtorità trattat dan l-ilment fis-seduta li nżammet fid-9 ta’ Frar, 2010 u filwaqt li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet, u qieset iċ-ċirkostanzi tal-każ inkluż, li ma kien hemm l-ebda intenzjoni min naħa tal-istazzjon li ssir offiża lis-sentimenti tal-kaċċaturi u n-nassaba, li kien għadda żmien konsiderevoli minn meta dan seħħ, u li l-Federazzjoni iddikkjarat li kienet lesta tirtira l-ilment, iddeċidiet li ma tipproċedix ulterjoralment bis-smiegħ tal-każ, u għalhekk dan kellu jitqies magħluq.