TVM - X’Hemm fil-Fiera - 21 ta’ Ġunju 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm X’Hemm fil-Fiera li xxandar fil-21 ta’ Ġunju, 2010 kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) u paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-produtturi Ms Nadette Bugeja u s-Sur Edward Zammit u kif ukoll lill-istazzjon li kien rappreżentat mis-Sur Mario Micallef u l-konsulent legali l-Avukat Joe Refalo.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet konċernati u qablet li dawn it-tip ta’ programmi ma kienux aċċettabbli u ma kellhomx jixxandru, partikolarment fuq ix-xandir pubbliku stante li l-avveniment in kwistjoni kien min-natura tiegħu avveniment kummerċjali.  Għaldaqstant l-Awtorità ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madankollu peress li din kienet ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix l-imsemmi ksur.