TVM - Trasmissjonijiet li xxandru - 23, 24, 25 ta' Settembru 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar it-trasmissjonijiet li xxandru fit-23, l-24 u l-25 ta’ Settembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorship u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku, meta l-istazzjon xandar reklam għall-istabbiliment Barcelona Lounge fejn saret referenza għal skonti u offerti fuq xorb alkoħoliku.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Mario Micallef li deher f’isem l-istazzjon, li minn naħa tiegħu ammetta li r-reklam ġie imxandar, madankollu saħaq li dan kien żball u wara li kienet inġibdet l-attenzjoni tal-istazzjoni dan twaqqaf mill-ewwel.

L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, inkluż l-ammissjoni tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.