L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ XFM 100.2 dwar il-programm Le Meridien Big Breakfast with Jean and Angele li xxandar fit-2 ta’ Marzu, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz ta’ Telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir.
L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur David Azzopardi f’isem l-istazzjon, li filwaqt li ammetta l-akkuża iddikjara li l-istazzjon kien ħa l-miżuri korrettorji hekk kif kien notifikat dwar il-ksur.
L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-istazzjon u qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu, peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon u dan bil-għan li tali aġir ma jiġix ripetut.