Ċirkulari 05/22
 
Lill-Istazzjonijiet Kollha tar-Radju u Televiżjoni
 
 
Programmi u Reklami għal Matul il-Perjodu tat-28 ta’ Frar u s-26 ta’ Marzu 2022
 
 Flimkien ma’ din iċ-ċirkulari qed nehmeż Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar Programmi u Reklami mxandra matul il-perjodu tat-28 ta’ Frar u s-26 ta’ Marzu 2022. Ninfurmakom illi peress li din hija Direttiva tal-Awtorità, f’każ li xi stazzjon jikser xi parti minnha tinħareġ akkuża kontra tiegħu bi ksur tad-Direttiva u l-penali huma dawk indikati fil-Ħames Skeda tal-Att. Għaldaqstant huwa importanti li l-istazzjonijiet jaderixxu ma’ din id-Direttiva anke fir-rikjesti li qed isiru fir-rigward ta’ skedi dettaljati li jridu jgħaddu għand l-Awtorità f’terminu ta’ żmien partikolari.
 
Għalhekk, huwa importanti li din id-direttiva tiġi ċirkulata immedjatament lil kulħadd, inkluż lid-djar ta’ produzzjoni indipendenti, ħalli b’hekk kulħadd ikun jaf bil-kontenut tagħha.
 
 
Mehmuża :
 
 
 
 
Dr Joanna Spiteri
 Kap Eżekuttiv
 25 ta’ Frar 2022
Ref : 10/62/22